Raġel ta' 35 sena mis-Somalja li nqabad fuq filmat jesponi ruħu b'mod indiċenti fil-Florjana se tingħatalu s-sentenza aktar tard dan ix-xahar wara li ammetta għall-akkużi. Mohammed Ibrahim Mohammed li huwa bla saqaf fuq rasu, ammetta li espona ruħu fi ġnien pubbliku fil-Florjana l-ġimgħa l-oħra.
Mohammed jinsab bla impjieg, ammetta li kkorrompa minuri taġt is-16-il sena, ikkommetta att sesswali mhux kunsenswali fil-preżenza ta' minuri u li ssuġġetta minuri għall-atti mhux mixtieqa b'konnotazzjoni sesswali.
L-inċident inġibed permezz ta' mobile, u seħħ fl-10 ta' Marzu. Il-filmat deher jiċċirkola fuq xi pjattaformi ta' midja lokali.
Mohammed ġie mixli qabel fl-2020 talli stupra żewġ tfajliet, u l-qorti qalet li wara li nħeles mill-ħabs qabad it-triq 'l isfel.
Il-maġistrat Critien osserva li l-partijiet issottomessew l-amissjoni tar-raġel fuq l-akkużi li kkorrompa minuri u reċediv; u l-akkużi l-oħra kienu alternattivi.
Il-każ ġie deferit għall-25 ta' Marzu.
L-ispettur Darryl Borg u Wayne Buhagiar għall-prosekuzzjoni, bl-assistenza tal-Avukat Ġenerali Jurgen Dalli.