Raġel minn Birkirkara nżamm arrestat wara li kien akkużat li partat mowbajls li kien jaf kienu misruqa.
L-ispettur tal-pulizija Ian Vella, ressaq quddiem il-maġistrat Abigial Critien lil Miguel Gaffarena ta' 34 sena li wettaq frodi għad-detriment ta' kumpanija tat-twissija tat-telefon ix-xahar li għadda. Gaffarena huwa akkużat ukoll li aċċetta oġġetti misruqa u reċidiviżmu.
L-imputat, li qal li jaħdem fis-settur tal-IT, wieġeb mhux ħati għall-akkużi.
Saret talba għall-ħelsien mill-arrest.
L-ispettur Vella oġġezzjona għat-talba, u nforma lill-qorti li Gaffarena kien qed jinżamm il-ħabs b'rabta ma' relazzjonijiet ta' offiżi mhux konessi. Minn barra hekk, sitt persuni lesti li jixhdu fil-qorti, inkluż minn seraq il-mowbajls u impjegati tal-kumpanija tat-telefon.
L-avukat difensur Martina Herrera irrimarkat li d-detenzjoni ta' Gaffarena ma' tneħħilux id-dritt għall-ħelsien mill-arrest, u żidiet li peress li għandu indirizz fiss u impjieg tajjeb, il-qorti setgħet timponi ordnijiet ta' protezzjoni fuq ix-xhud biex tevita miżuri ta' intimidazzjoni.
"Ma naħsibx li din hija akkuża li t-talba għall-ħelsien mill-arrest ma' tistax tingħata u huwa lest li jobdi mal-kundizzjonijiet li timponi l-qorti," qalet l-avukat.
Il-qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arret minħabba l-kwistjoni tax-xhieda, kif ukoll għan-nutura serja tal-akkużi.
Għat-talba tal-prosekuzzjoni, il-qorti ħarġet ordnijiet ta' protezzjoni sakemm jingħalaq il-każ għal dawk il-persuni msemmija mill-ispettur, inkluż dak mixli li seraq il-mowbajls lil Gaffarena.
L-ispettur staqsa lill-qorti bex tordna lill-imputat u lil dik il-persuna li qed tinżamm f'Kordin, sabiex jinżammu f'diviżjoni separata.
Il-Qorti laqgħet it-talba u ddettat nota għall-attenzjoni tad-direttur tal-ħabs, fejn ordnat li jassigura li l-imputat u x-xhud ma jikkomunikawx bejniethom fil-faċilità.