Raġel ta' 39 sena, residenti Ħal Luqa jinsab fil-periklu tal-mewt wara li seħħ inċident f'sit ta' kostruzzjoni ż-Żejtun.
għall-ħabta tas-sebgħa u kwart ta’ filgħodu, intalbet l-assistenza tal-Pulizija f’sit ta’ kostruzzjoni, fi Triq Orazio Diacono, iż-Żejtun.
Minnufih, il-Pulizija marru fuq il-post u minn investigazzjonjiet preliminari rriżulta li raġel ta’ 39 sena residenti Ħal Luqa, hekk kif kien dieħel fis-sit ta' kostruzzjoni żelaq fl-ilma tax-xita u weġġa’.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku biex jassisti lill-vittma fejn ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei. Ir-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Il-Maġistrat Dr Joseph Mifsud LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ