Ma jweġġa' ħadd f'aċċident bejn crane u karozza fit-telgħa ta’ Selmun

Ħadd ma weġġa' f'inċident li seħħ bejn crane u karozza fit-Telgħa ta' Selmun • It-triq se tkun qed tinfetaħ dalwaqt

Ritratt: Maltese Roads Traffic Updates
Ritratt: Maltese Roads Traffic Updates

Ħadd ma weġġa f'ħabta kerha bejn karozza u trakk kbir fit-telgħa ta’ Selmun.

Dan kien ikkonfermat minn kelliem tal-Pulizija, li qal lill-ILLUM illi l-aċċident seħħ għall-ħabta tal-4:15pm.

Il-kelliem qal li ambulanza ġiet imsejħa fil-każ li xi ħadd kellu bżonn għajnuna medika, iżda rriżulta li ħadd ma weġġa.

Ftit tal-ħin wara tneħħa l-crane u nfetħet il-karreġġjata ‘l isfel, filwaqt li l-karreġġjata ‘l fuq infetħet wara li l-karozza ġiet rmunkata.

More in Qrati u Pulizija