Simon Mercieca jiċħad li tħallas mill-familja ta’ Yorgen Fenech

Il-blogger Simon Mercieca jicħad li rċieva pagamenti jew rigali mill-familja Fenech għall-kitba tiegħu fuq Yorgen Fenech

Il-blogger Simon Mercieca. (Ritratt: James Bianchi)
Il-blogger Simon Mercieca. (Ritratt: James Bianchi)

Il-blogger Simon Mercieca ikkonferma żjarat reċiprokali mingħand u għal omm Yorgen Fenech, Patricia. Mercieca ammetta dan fil-Qorti, il-Ħamis filgħodu.

Mercieca nsista li bl-eċċezzjoni ta’ hamper tal-ikel, hu qatt ma kien irċieva pagamenti jew rigali mingħand Fenech, għall-kitba ta’ artikli li hu kien qed jagħmel fuq binha.

Mercieca, minbarra li jikteb online b’mod estensiv dwar il-każ ta’ Yorgen Fenech fil-ħin liberu tiegħu, huwa professur fil-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta, fejn jagħti lekċers dwar l-istorja. Huwa ġie msejjaħ biex jixhed fil-każ ta’ libell li hu fetaħ kontra l-blogger Mark Camilleri.

Camilleri akkuża lil Mercieca li tħallas biex “jippubblika diżinformazzjoni” relatata mal-kawża kriminali kontra l-werriet ta’ Tumas, Yorgen Fenech, li bħalissa jinsab akkużat bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan, skont Camilleri, seħħ bħala parti minn kampanja organizzata minn omm Fenech.

Patricia Fenech kellha tixhed il-Ħamis, iżda meta ssejjaħ il-każ, il-maġistrat ġiet infurmata li ma tiflaħx, u għalhekk Mercieca ssejjaħ biex jixhed minflok.

Mercieca jammetti li hu kellem lil Patricia Fenech l-ewwel

Mistoqsi dwar il-kitbiet tiegħu stess, Mercieca qal li kien kiteb artikli għall-gazzetti il-Mument, it-Torċa u l-Orizzont mill-2013 ‘l quddiem.

“Imbagħad kien hemm ġlieda interna fil-PN, għat-tneħħija ta’ Adrian Delia, u kont bdejt niddefendi lil Delia fuq Facebook,” spjega Mercieca "Il-każ kontra Yorgen Fenech intuża kontra Adrian Delia, biex jitneħħa..." qal Mercieca, filwaqt li żied li "l-istorja tagħtu r-raġun."

Mercieca qal li żewġ fatturi kienu qanqlu l-interess tiegħu fil-każ ta’ Fenech: analiżi tax-xhieda fi proċessi ġudizzjarji tal-passat u ittra anonima bl-informazzjoni dwar dal-każ.

Magħfus mill-avukat difensur, dwar l-analiżi demografika tiegħu tal-każ kontra Fenech, Mercieca wieġeb “l-interess tiegħi kien minħabba li fil-kors tiegħi fl-Università, l-istudenti tiegħi kienu qegħdin isegwu l-proċess [ġudizzjarju].

Meta l-mistoqsija kienet repetuta, hu qal li l-każ kellu aspett demografiku. “Jekk inti tara l-angolu tal-proċess, għandu influenza fuq ammont ta’ nies”

Iżda meta mistoqsi direttament mill-Qorti jekk għamilx xi studji akkademiċi fuq dan is-suġġett, Mercieca wieġeb fin-negattiv..

Mistoqsi għaliex ħa interess daqshekk fil-każ ta’ Fenech, li dwaru kiteb mill-inqas 166 aritklu, Mercieca evita l-mistoqsija. 

Mistoqsi fuq kemm mill-ħin ħadlu l-blogging, Mercieca wieġeb: “Mhux wisq...issa hemm oħrajn li jiktbu fuq il-blog tiegħi.”

Mercieca ammetta wkoll illi kien hu stess li avviċina lil Patricia Fenech, iżda ċaħad li qatt saru offerti mingħand għal ħlas. Ċaħad ukoll li saru laqgħat bejniethom, u l-avukati, f’Portomaso.

Mistoqsi miktubha minn Patricia Fenech, u li hu kien ippublika fuq il-blog, Mercieca qal li hi kienet bgħatitielu fuq Messenger b’talba li tkun ippublikata. Mercieca għamel li talbet, wara li qrahom.

‘Yorgen Fenech kien akkużat inġustament’ - Simon Mercieca

Jiddiskutu l-kontenut fil-blogs ta’ Mercieca, il-professur spjega kif fl-artikli tiegħu, hu jgħid li Yorgen Fenech kien akkużat inġustament.

L-avukat qara ftit mit-tilti tal-blogs tiegħu: “Għaliex Yorgen Fenech mhuwiex ħati?”, “Għaliex Yorgen Fenech huwa miċħud il-kawzjoni?”, “Għaliex nikteb dwar Yorgen Fenech?”, iżda l-Qorti għamlitha ċara li dik hi biss l-opinjoni ta’ Mercieca.

F’risposta għal mistoqsija oħra, il-professur qal li hu ma kienx jaf li Fenech kien akkużat talli fforma parti minn organizzazzjoni kriminali. “Jiena qatt ma rajt dawk l-akkużi,” wieġeb.

Ikla tal-Milied, u mawra sal-Hilton, wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Waqt li kien taħt ġurament Mercieca ammetta li ħareġ jiekol darbtejn ma’ omm Yorgen. Fil-fatt Mercieca spjega li kien waqt l-ikla tal-Milied li rċieva mingħand Patricia Fenech il-hamper tal-ikel.

Fuq okkażjoni oħra, Mercieca ħa lil familtu għal ġurnata mal-pixxina tal-Hilton, li hija propjetà ta’ Tumas Group. 

Mistoqsi jekk kienx diskuss dak li qed jgħaddi minnu Yorgen Fenech, Mercieca qal li jista’ jkun intqal xi ħaġa, iżda Patricia Fenech qatt ma talbitu jikteb dwaru lanqas.

Mercieca rrakonta kif Yorgen Fenech kien tpoġġa f’kamra b’dawl qawwi fuqu meta ġie arrestat, u dan għal Patricia ma kienx sew. “Tkellmet ma xi persuni fil-midja, nista’ ngħidlek fil-privat min huma,” żied jgħid Mercieca.

Mercieca jgħid ġie mwarrab akkademikament

Fit-tmiem tas-smigħ, l-avukat staqsa lil Mercieca dwar kif dan kollu afftewah, kemm finanzjament u anke fix-xogħol li hu jagħmel.

“Ħsara finanzjarja, ovvjament ma kellix, iżda akkademikament ġejt imwarrab,” huwa wieġeb, “barra mill-komunità universitarja,” żied jgħid wara.

Qal li hu jorbot dan mal-propoganda kontrih, mhux biss min-naħa ta’ Mark Camilleri.

Il-kawża ġiet diferita għal Ottubru.

L-avukat William Cushieri assista lil Simon Mercieca.

 

More in Qrati u Pulizija