Is-somma miġbura s'issa hi ta' €3.5 miljun - fadal l-aħħar ftit minuti

L-Istrina fil-vera sens tal-kelma hi ‘Tagħna Lkoll’

Istrina fil-vera sens tal-kelma ‘Tagħna Lkoll’
Istrina fil-vera sens tal-kelma ‘Tagħna Lkoll’
Gaia Cauchi waqt L-istrina
Gaia Cauchi waqt L-istrina
il-Korp tal-Pulizija jagħti donazzjoni lil  L-istrina
il-Korp tal-Pulizija jagħti donazzjoni lil L-istrina
Is-somma diġa qabżet in-nofs miljun Ewro
Is-somma diġa qabżet in-nofs miljun Ewro

Fadal l-aħħar ftit minuti biex tintemm l-istrina 2014

~~~~~~~~~

Ikomplu dieħlin id-donazzjonijiet u hekk kif inhuma l-21.45PM is-somma laħqet kważi 2.7 miljun ewro. Bi ftit sforz ieħor jintlaħqu it-3 Miljuni

~~~~~~~~~

 

Ftit tal-ħin ilu żaru L-istrina il-Kardinal Malti Prospero Grech, l-Arċisqof Emeritu Pawl Cremona u L-Isqof Awżiljarju Chalres Scicluna. L-appelli jkomplu għal aktar donazzjonijiet. Ċemplu u għamlu donazzjoni.

~~~~~~~~~~~~~

Hekk kif għaddew sitt siegħat mill-ftuħ tal-Istrina s-somma bħalissa qeghda ta kważi 1.4 Miljun Ewro. L-ispettaklu kontinwu kif ukoll l-ammont ta' donazzjonijiet baqa għaddej bla waqfien. Inħeġġukom issegwi u tagħtu d-donazzjoni tagħkom.

~~~~~~~~~~~~~~~~

Erba' siegħat mill-bidu ta' l-Istrina u s-somma qabżet il-Miljun Ewro. L-appelli jkomplu għaddejjin matul il-programm li qed jintwera fuq l-istazzjonijiet lokali kollha.

~~~~~~~~~~~~~~~~

Sagħtejn mill-bidu ta’ L-istrina u s-somma qabżet in-nofs miljun Ewro. Il-Maratona annwali bdiet f’nofs in-nhar u nfetħet mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca li fid-dikors tagħha qalet li dan hu jum fejn il-Maltin juru l-ġenerożita tagħhom ma’ xulxin permezz ta’ din il-kampanja b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Matul il-maratona qed jittella spettaklu ta’ kant u żfin biex jallegra lil dawk preżenti kif ukoll dawk li qed isegwu mid-dar.

~~~~~~~~~~~~~~~~

Dan il-poplu Malti hu poplu mill-aktar ikkulurit u kontroversjali fejn f’kull argument li ma jaqbilx, jinfired fil-‘jien u int’. Jargumenta dwar l-aħmar kontra l-blu, jargumenta min għandu l-aqwa patrun u anke l-aqwa banda, jargumenta dwar il-ballun sew jekk hu Malti u aktar u aktar jekk hu barrani. Jargumenta jekk għandniex ngħinu lill-immigranti irregolari jew nibagħtuhom lura. Mifrud is-sena kollha sa ma jasal il-Milied. Hemmhekk il-Malti jinsa d-differenzi kollha, jinsa l-bojkott li jiġi vvintat fuq Facebook minn żmien għal żmien. Jintesew il-kuluri, il-qaddisin, baned jew timijiet u jingħaqad f’għan wieħed, dik li jippika miegħu nnifsu biex jikser ir-rekord tal-Istrina tas-sena ta’ qabel. Jagħti l-Istrina tiegħu lil dawk li għandhom bżonn anke jekk ikunu tal-partit l-ieħor. Għax l-Istrina fil-vera sens tal-kelma ‘Tagħna Lkoll’.

Għalkemm lanqas l-Istrina mhi nieqsa minn xi polemika ’l hawn jew ’l hinn tafux. Għax jekk xi ħadd isemmi li se jiġu megħjuna xi immigranti irregolari, ħoll xagħrek u ġib iż-żejt għax Facebook jimtela’ bi kliem kattiv kontra dawn li qishom telqu minn pajjiżhom u ssugraw ħajjithom biex jieħdu vaganza b’xejn f’pajjiżna. Iżda għal dawn ma rridux għajnuna, għax il-karità nagħżlu aħna lil min nagħtuha u niddeċiedu aħna min għandu bżonnha. Għax ‘Tagħna Lkoll’ tfisser li ‘Tagħna l-Maltin biss’.

Anke jekk l-Istrina tgħaqqadna, xorta toħroġ ftit mill-karattru egoist tagħna l-Maltin. Fejn fl-2004 meta Peppi ħareġ bl-idea tal-Istrina, kien hemm diversi fatturi li wasslu għas-suċċess mill-ewwel. L-għan aħħari kien dak għal karità iżda l-messaġġ kien żbaljat. Il-poplu ġie mħajjar jagħti u jagħti għax ried jirbaħ ir-rigali żgħar u kbar li żdiedu minn sena għall-oħra b’mod sproporzjonat. L-Istrina kienet spiċċat bħala ċirklu jew aħjar lotterija nazzjonali. Spiċċat bħala ‘nagħti basta nirbaħ’ u jekk ma nirbaħx kulħadd jikteb l-ittri fil-ġurnali u jallega li kien hemm irregolaritajiet. Però jibqa’ l-fatt li l-flus inġabru, ir-rigali intrebħu u Peppi baqa’ jżid fil-popolarità tal-programmi tiegħu tas-sena li tkun ġejja.

Tfaċċa George Abela bħala President. Iddeċieda li jagħti iżjed moralità lill-Istrina. Taha libsa ferm differenti, libsa li tat moralità u sens għal dawk li vera riedu jgħinu. Dawk li kienu xettiċi li hekk, l-Istrina kienet se tfalli ħadu r-risposta mill-istess Maltin fejn mhux talli kkonkorrew talli laħqu rekord assolut ta’ għotjiet u din id-darba ma ħadu xejn lura ħlief sodisfazzjon u grazzi kbira fuq xi billboard.

Issa għandna Qormija oħra, għax forsi ftit innutaw li t-tliet protagonisti tal-Istrina ġew mill-belt ta’ Ħal-Qormi. Għax filwaqt li l-President Emeritus George Abela u l-President attwali, Marie Louise Coleiro Preca huma wlied Ħal-Qormi, Peppi Azzopardi hu adottat mill-Qriema.

Coleiro Preca bdiet il-ħidma bla heda mat-tisfira tar-referì. Dak li dejjem kienet tipprietka meta kienet Ministru tal-ġustizzja soċjali, sabet li tista twettqu bħala l-President tal-Istrina. Niżlet mal-poplu tant u għamlitha aktar faċli li jkollok ritratt ta’ tifkira mal-President. L-avvenimenti b’risq l-Istrina ma waqfux u kienu ta’ suċċess kbir li żgur li se jilħqu l-qofol tagħhom fis-serata tal-istrina.

Iżda l-Istrina m’għandhiex tkun serħan tal-kuxjenza ‘li jien tajt sehmi’. L-Istrina għandha wkoll iġġagħlna niriflettu li bħalma l-poplu kapaċi jingħaqad għal dan l-għan nobbli għandu jkun kapaċi li jibqa’ magħqud matul is-sena kollha. Nistgħu jkollna ideat differenti u nistgħu nargumentaw dwar kif naħsbuha, iżda dan m’għandux jifridna għal 11-il xahar sħiħ u nistennew l-Istrina biex tgħaqqadna. U jekk jirnexxielna dan, l-Istrina ta’ din is-sena tkun serviet għal għan differenti. 

More in Socjali