Fiera fir-Residenza San Vinċenz

Fiera organizzata mis-sezzjoni tal-Occupational Therapy fir-residenza

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana illum fethet ufficjalment fiera imtella' mis-Sezzjoni tal-Occupational Therapy f’San Vinċenz de Paul. Din il-fiera saret biex tesebixxi l-affarijiet li saru mir-residenti ta’ San Vinċenz de Paul.

Fl-indirizz tagħha, is-Segretarju Parlamentari enfasizzat dwar l-importanza tat-terapija. Semmiet li hija kompatibbli ħafna mal-kunċett tal-Anzjanità Attiva li qiegħed jippromovi dan il-Gvern. Hija faħħret ix-xogħol li jsir u semmiet li dan jgħin biex jagħti kwalità ta’ ħajja aħjar għar-residenti ta’ San Vinċenz filwaqt li jeżerċetiżża l-abbiltajiet varji tal-anzjani.

Spjegat kif is-Segretarjat Parlamentari li tmexxi hi se jibqa’ kommess biex jtejjeb is-servizz mogħti f’San Vinċenz, kif propju qiegħed jagħmel fi proġetti varji fosthom ir-rinovar ta’ 5 t’iswali differenti u tal-Kumpless Rużar Briffa, il-proġett tal-Kċina u titjib tas-servizzi mogħtija minn sezzjonijiet differenti fir-Residenza.

Is-Segretarju Parlamentari ħeġġet lill-Anzjani biex ikomplu jinvolvu ruħom f’dan it-tip ta’ xogħol sabiex dejjem jibqgħu attivi. Hija żaret il-fiera fejn kien hemm oġġetti magħmula ta’ snajja differenti.

Fil-Fiera kien hemm preżentazzjoni ta madwar 100 anzjan li għamlu dan it-tip ta’ xogħol matul is-sena.

 

More in Socjali