Oqgħod attent kif issuq dejjem. Imma oqgħod attent iktar meta issuq wara nofsinhar, speċjalment bejn nofsinhar u t-15:00 p.m. hekk kif jidher li dan huwa l-ħin li fih l-aktar li jseħħu aċċidenti fit-toroq Maltin. Ċifri uffiċċjali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru kif bejn April u Ġunju ta' din is-sena xejn inqas minn 21.3% tal-aċċidenti, jew 922 aċċident, seħħew matul dan il-ħin tal-ġurnata.
L-istess ċifri juru kif mit-15:00 p.m. sas-18:00 p.m. seħħew ftit iktar minn 900 aċċident filwaqt li fil-ħinijiet bikrin ta' filgħodu seħħew l-inqas numru ta' aċċidenti. Dawn iċ-ċifri, ta' min wieħed jinnota, jitrattaw biss in-numru ta' aċċidenti u mhux il-gravità tagħhom.
Intant fl-istess xhur seħħew b'kollox 4,331 aċċident, li jimmarkaw żieda ta' 6% fuq l-istess perjodu ta' żmien is-sena l-oħra.