Nhar l-Erbgħa 7 ta' Settembru 2016 waqt programm live fuq F Living TV il-preżentatur Karl Bonaci beda juri xi ritratti li ġew iċċirkulati fil-midja soċjali, fost dawn ir-ritratt kien hemm wieħed ta' Pulizija fuq arblu u kollega tiegħu iżommu. Meta kien iċċirkulat dan ir-ritratt ħafna nies kienu għaddew diversi kummenti umoristiċi u ħafna provaw jirredikolaw il-Pulizija f'dan ir-ritratt.
Fil-programm ċemplet il-mara ta' wieħed minn dawn il-Pulizija li kien fir-ritratt fejn tat spjega għaliex kien qiegħed fuq l-arblu. Jekk wieħed jinnota sewwa r-ritratt jara li kien hemm mera u din ma kenitx fil-pożizzjoni li suppost tkun, kawża t'hekk setgħu ġew ikkawżati diversi aċċidenti tat-traffiku. Il-Pulizija fir-ritratt minflok irraġunaw li dik mhux responsabbilità tagħhom, ħadu l-inizjattivà li jirranġawha huma minn jheddhom sabiex jipprevjenu li jsiru aktar aċċident fuq il-post.
Sa' qabel illum ma konniex nafu x'kienet ir-raġuni li tela' hemm fuq, issa nisperaw li n-nies jappreżżaw il-ġest li għamlu dawn il-Pulizija.
John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda g�...