Il-kantawtur popolari Amerikan, Bob Dylan ingħata l-Premju Nobel għall-Litteratura ta' din is-sena. Il-leġġenda tar-Rock li llum għandu 75 sena ingħata dan il-premju għaliex "ħoloq espressjonijiet poetiċi ġodda fit-tradizzjoni kbira mużika Amerikana"
Is-suċċess ta' Dylan laħaq il-quċċata tiegħu fis-snin sittin hekk kif id-diski bi sfond ta' protesta soċjali dwar il-problemi li kienet għaddejja minnhom l-Amerika f'dak iż-żmien, kienu ferm poploari u kienu fost l-innijiet ta' żmien il-Gwerra tal-Vietnam u l-movimenti favur il-paċi ta' dawk iż-żminijiet.
Diski bħal "Blowin' in the Wind", "The Times They are A-Changin" u "Knocking on Heaven's doors" għadhom sal-llum sinonimi mal-movimenti kontra l-gwerer u d-drittijiet Ċivili.