Jason Micallef iċ-Chairman ta' Valletta 18 fuq il-facebook tiegħu ħareġ ritratt u stqarrija iebsa kontra diversi ministeri u l-kunsill lokali tal-Belt fejn qal li wasal għal konklużjoni li dawn ma jimpurtahomx li trakk taż-żibel jgħddi fost in-nies li jkunu qed jagħmlu shopping fit-toroq prinċipali tal-Belt. Jgħid li tkellem ma diversi ministeri fil-preżenza tal-Kunsill lokali u ħadd ma jagħtih widen. Dan il-portal kien poġġa wkoll ritratti mpoġġija minn Alfred Zammit bit-trakk taż-żibel ħdejn imwejjed ta' ristoranti fil-belt. Inutli li wieħed irid jagħti ħajja lil Belt jekk inħallu dawn l-affarijiet iseħħu quddiem wiċċna u ħadd ma jieħu azzjoni.