Matul il-lejl li għadda, il-Puliziija ġiet infurmata li kien hemm persuna jisraq minn vettura fi Triq Dun Mikiel Rua, f'Tas-Sliema
Minnufih il-Pulizija tad-Distrett flimkien ma' uffiċjali oħra mir-Rapid Intervention Unit marru fuq il-post fejn ftit tal-ħin wara avviċinat is-suspettat. Jidher li kif il-Pulizija avviċinat is-suspettat, dan prova jaħrab pero hu ġie arrestat ftit tal-ħin wara fi Triq Sir Adrian Dingli, Tas-Sliema.
Wara tfittxija li saret mill-Pulizija fuq is-suspettat instabu xi oġġetti li allegatament kienu misruqa mill-istess vettura.
Minn aktar investigazzjonijiet li saru, irriżulta wkoll li kien hemm għadd ta' vetturi oħra li sfaw fil-mira tal-allegat ħalliel.
Ir-raġel għadu qiegħed jinżamm mill-Pulizija filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.