Wara diversi ġimgħat ta’ osservazzjoni, kmieni dalgħodu, membri mill-Iskwarda ta’ kontra d- Droga assistit mill-'Ispecial Intervention Unit' għamlu tfittxija ġo garaxx li jinstab fi Triq il-Vittmi tal-Gwerra, Birkirkara, fejn allegatament kienet qegħda tinbiegħ u tiġi abbużata d-droga eroina.
Waqt din it-tfittxija ġew arrestati 14-il persuna li l-eta` tagħhom tvarja bejn it-23 u s-66 sena u li huma ta’ nazzjonalita` Maltija, Taljana, Ingliża u Serba.
Fil-pussess ta’ uħud mill-perusni arrestati nstabu boroż bi dorga allegatament eroina. Apparti minn hekk instabu ukoll flus kontanti u affarijiet realtati mal-abbuż u l-bejħ tal-istess sustanza.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr A. Demicoli li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.