Numru ta' persuni Hindu esprimew id-diżappunt tagħhom għall-logħba partikolari żviluppata minn kumpanija li hija bbażata f'Malta u li jisimha 'Ganesha Gold'. Huma qalu illi l-użu tal-isem ta' dan l-alla Ħindu f'logħba hija xi ħaġa insensittiva.
Fi stqarrija Rajad Zed, il-President tal-Soċjetà Universali tal-Ħindu, bbażata fl-Istati Uniti qal illi l-użu ta' Ganesh huwa mhux aċċettabbli , "bħalma mhux aċċettabbli li jintużaw simboli, kunċetti jew allat Ħindu għal aġendi kummerċjali."
Zed talab lill-kumpanija PG Soft biex tapoloġizza u minnufih tneħħi l-istampa li turi lil Ganesh. "Li tassoċja lil Ganesh, alla tal-għerf, mal-logħob tal-azzard hija insensittiva ħafna."
Zed saħsnitra qed jitlob għall-intervent tas-Segretarju Parlamentari Silvio Schmebri u l-Awtorita Maltija tal-Logħob (MGA)