Il-Gvern tat-Tuneżija pprojbixxa l-użu ta' niqab jew inkella lbies biex in-nisa jgħattu wiċċhom kollu kemm hu, f'binjiet pubbliċi.
Nisa lebsin in-niqab mhumiex se jitħallew jidħlu fi kwalunkwe bini tal-gvern. Il-Gvern Tuneżin sostna illi qed jageħmel dan għal raġunijiet ta' sigurtà u speċjalment wara attakki li seħħew il-ġimgħa l-oħra f'Tunis u li ħallew persuna mejta.
Il-Prim Ministru Tuneżin Youssef Chahed iffirma din il-proujbizzjoni llum b'ċirkolari tinforma lill-ħaddiema tal-gvern kollha. ħ
L-użu tan-niqab ma kienx ittolerat taħt ir-reġim tad-Dittatur Zine El Abidine Ben Ali imma reġgħu qed isiru aktar komuni wara li dsn ir-reġim tneħħa.