Il-KNPD tiftaħ protest ġudizzjarju kontra il-grupp db dwar bankini mblukkati

Il-protest huwa kontra l-Kunsill Lokali ta' Pembroke wkoll li iżda qed jaqbel u jappoġġja lill-KNPD

Immaġini ta' kif se jidher il-proġett li ppropona l-grupp db
Immaġini ta' kif se jidher il-proġett li ppropona l-grupp db

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b'Diżabilità (KNPD) fetħet protest ġudizzjarju kontra l-Kunsill Lokali ta' Pembroke u l-grupp db wara illi Arnold Cassola għamel rapport fuq il-fatt illi l-bankini ħdejn il-binja tal-ITS fejn l-istess grupp jixtieq illi jsir il-proġett qed jiġu mblukkati mill-istess żviluppatur. Dan meta l-proġett lanqas biss għad għandu permess mill-Awtorità tal-Ippjanar wara li dan kien miċħud ftit ġimgħat ilu fuq il-punt ta' kunflitt ta' interess minn wieħed mill-membri tal-istess awtorita. 

Mal-illum.com.mt, il-President tal-KNPD Oliver Scicluna kkonferma l-ftuħ ta' dan il-protest għalkemm qal illi l-Kunsill Lokali ta' Pembroke qed jaqbel mal-punti mqajmin mill-Kummissjoni.

Il-Grupp db għadu ma weġibx għal dan il-protest. 

More in Socjali