Ċifri tal-Eurostat juru illi madwar 30% tal-persuni b'diżabilità f'pajjiżna jinsabu f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali. Dan il-persentaġġ huwa ftit ogħla mill-medja fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE), li hija ta' 28.7%.
L-ogħla persentaġġi ta' nies b'diżabilità li jinsabu fil-faqar jew esklużjoni soċjali huwa fil-Bulgarija b'49.4% u l-Latvja, il-Litwanja u l-Estonja b'aktar minn 40%. L-inqas persentaġġ huwa fl-Islovakkja b'18.4% segwita minn Franza, l-Awstrija, il-Finlandja u l-Olanda.
F'kull pajjiż il-livell ta' riskju ta' faqar huwa ogħla fost dawk b'diżabilità milli fost dawk mingħajr diżabilità jew b'limitazzjonijiet.
Fuq livell Ewropew, filwaqt li l-medja ta' dawk b'diżabilità f'dan ir-riskju huwa ta' 28.7%, fost dawk mingħajr limitazzjonijiet dan il-persentaġġ jinżel għal 19.2%