L-għadd ta’ persuni li tilfu ħajjithom kawża tal-coronavirus issa qabeż it-3,000 persuna madwar id-dinja u dan hekk kif fl-aħħar sigħat iċ-Ċina rrapportat 42 mewta oħra.
Aktar minn 90% tal-imwiet seħħew f’Hubei, ir-reġjun Ċiniż minn fejn beda jinxtered il-virus.
Madanakollu, l-imwiet kienu rrapportati f’10 pajjiżi oħra, inkluż 50 fl-Iran u aktar minn 30 persuna tilfet ħajjitha fl-Italja.
Madwar id-dinja, kien hemm b’kollox 90,000 każ ikkonfermat ta’ Coronavirus, biċ-ċifri juru li l-virus qed jinxtered aktar b’rata mgħaġġla barra miċ-Ċina.
Madanakollu, skont l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, jirriżulta li ħafna mill-pazjenti qed ikollhom biss sintomi ħfief, bir-rata tal-imwiet tibqa' bejn it-2% u l-5% tal-każ.
Biex wieħed jikkumpara xi ftit, l-influwenza staġjonali għandha rata ta’ mortalità ta’ 0.1% iżda tinxtered aktar malajr, tant li kull sena tħalli madwar 400,000 vittma.
Fl-Ewropa, l-aktar pajjiż milqut jibqa’ l-Italja. Fl-aħħar 48 sena, in-numru ta’ infezzjoniijet irdoppja.
B’kollox, fl-Italja, tilfu ħajjihtom 34 persuna u hemm total ta’ 1,694 persuna infettata.
Fir-Renju Unit, hemm 36 każ ikkonfermat.