Il-monti magħluq, daqshekk Day Care Centres għalissa u t-Tribunali Lokali diferiti

Day Care Centres magħluqa u anke Tribunali Lokali u s-suq ma jistax jarma

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, f’komunikat maħruġ lill-gvernijiet lokali, stqarr illi fid-dawl tat-tixrid tal-marda coronavirus 

  • Sakemm jinħareġ avviż ieħor, ser jiġi ppublikat Avviż Legali li permezz tiegħu ser ikunu sospiżi t-twaqqif tal-posti fi swieq fil-beraħ, bl-esklużjoni ta’ dawk li jbiegħu prodotti tal-ikel. Dawn tal-aħħar jridu jżommu distanza ta’ 20 metru bejn posta u oħra
  • Wara konsultazzjoni mal-Ministru tas-Saħħa, il-bereġ kollha qegħdin jingħalqu b’effett immedjat.
  • Day Care Centres fil-lokalitajiet għandhom jinżammu magħluqa.
  • Servizzi mhux stratutorji, sa fejn hu possibli, m’għandhomx jibqgħu jingħataw u fejn hu possibli jintużaw l-mezzi eletroniċi.
  • Sakemm jinħareġ avviż ieħor, is-seduti tat-Tribunali Lokali ser jiġu diferiti

Dan qed jitħabbar minuti wara li tħabbar illi l-Qorti se tingħalaq u li l-HSBC qed tagħlaq ħafna mill-fergħat tagħha kif ukoll fil-jum li ingħalqu l-iskejjel kollha, l-università u ċ-child care centres.

 

More in Socjali