Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li żewġ anzjani oħra mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Fl-ewwel każ anzjan ta’ 85 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-7 ta’ Jannar, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ anzjana ta’ 77 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva fit-3 ta’ Jannar, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Dan ifisser li t-total ta' persuni li mietu waqt li kienu pożittivi jitla' għal 232
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, appella biex nibqgħu viġilanti u nosservaw il-miżuri kollha ta’ prevenzjoni, huwa importanti li min għandu xi sintomi ma joħorġux u jċempel 111.