Minn għada: Pazjenti li se jsiefru għall-kura jibdew jingħataw il-vaċċin

Il-pazjenti se jkunu kkuntattjati mill-Isptar Mater Dei

Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne illum fil-Parlament ħabbar li pazjenti li se jmorru għall-kura barra minn Malta minn għada se jibdew jingħataw il-vaċċin tal-COVID-19 qabel imorru għall-kura.

Dan il-proċess se jkun organizzat mill-Isptar Mater Dei stess u l-pazjenti se jkunu kkuntattjati minn Mater Dei stess.

Intant iktar kmieni illum tħabbar illi sa issa huma 4,400 persuna f'Malta li ħadu kemm l-ewwel u anke t-tieni tilqima, bil-Gvern sa issa ta 29,002 dożi tal-vaċċin. 

More in Socjali