Fadal biss seba’ xhur għall-Europride Valletta 2023 u llum, proprju fil-Jum iddedikat għall-imħabba, bdew il-preparamenti għaliha. Fil-fatt saret konferenza tal-aħbarjiet fil-Belt Valletta mis-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttiġieġ biex tniedi l-preparamenti. Preżenti kien hem il-kantant Matt Blxck, Ron Briffa, Glenn Vella, Aidan Cassar u J Anvil.
Buttigieg tgħid li aktar minn 40,000 persuna mistennija li tattendi għal dawn il-festeġġjamenti. Hija saħqet li dawn mhux se jkunu biss 10 'ijiem ta' ċelebrazzjonijiet iżda "ta' rispett u biex tinħoloq kuxjenza biex il-ġenerazzjonijiet futuri ma jkollhomx għalfejn jiġġieldu għal kawżi li suppost diġà huma mirbuħa."
Il-EuroPride, bit-tema Equality from the heart - human rights for everyone, everywhere, se ssir bejn is-7 u s-17 ta’ Settembru. Il-Europride ilha tiġi iċċelebrata f’pajjiżi differenti mill-1992 u għal din is-sena se tkun iċċelebrata f'pajjiżna, għall-ewwel darba.
X’se jsir waqt il-jiem tal-Europride Valletta 2023?
- Mis-7 ta’ Settembru sal-15 ta’ Settembru: se jkun hemm diversi eżebizzjonijiet. Dawn jinkludu eżebizzjoni tal-Arti kontemporanja, tal-fotografija, tal-arti u l-istorja matul iż-żmien, tar-rappreżentanza tal-pride u eżebizzjoni oħra fil-pubbliku.
- Fit-8 ta’ Settembru: Se jkun hemm Burlesque night u ċirklu kontemporanju li se jkunu eżebiti sal-10 ta’ Frar. Dakinhar se jkun hemm Parties ukoll.
- Fid-9 ta’ Settembru: Pride March u Kunċert f’Għawdex. Se jkun hemm ukoll attivitajiet teatrali. Dakinhar se jibdew ukoll l-attivitajiet ta’ pride village sal-15 ta’ Settembru.
- Fl-10 ta’ Settembru: Sessjonijiet ta’ mużika, parties oħra, attivitajiet teatrali, drag night u kunċert.
- Fil-11 ta’ Settembru: Sessjoni ta’ Open Mice u sessjoni ta’ djalogu bejn persuni b’reliġjonijiet differenti.
- Fit-12 ta’ Settembru: Attivitajiet ta’ żfin u kunċert tal-Jazz. Jibdew serje ta’ parties sas-17 ta’ Settembru.
- Fit-13 ta’ Settembru: Konferenza LGBT.
- Fl-14 ta’ Settembru: Tibda’ wkoll konferenza dwar id-drittijiet umani li tkompli l-għada.
- Fis-16 ta’ Settembru: Il-Europride March u l-kunċert ewlieni.
Dan l-artiklu qed jiġi aġġornat.
- Fis-17 ta’ Marzu: Pride around the harbour.