33% tal-Maltin u Għawdxin li vjaġġaw bejn Ottubru u Diċembru 2022, marru l-Italja. Dan irriżulta minn statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO). Minn din l-istatistika irrużla li fl-aħħar kwart tas-sena 2022 b'kollox 180,215 persuna li toqgħod Malta vjaġġat għal skopijiet ta' vaganza jew biex iżuru xi ħbieb jew qraba. Dan ifisser medja ta' ftit aktar minn 60,000 kull xahar.
Is-safar kien l-aktar popolari ma' dawk tal-etajiet bejn 25 u 44 sena, b'49% li siefru f'dan il-perjodu, segwit minn dawk li għandhom bejn 45 u 64 sena, b'total ta' 28.7%. L-NSO tindika li n-nies damu medja ta' sebat iljieli waqt is-safra tagħhom.
Intant, minkejja li l-Italja baqgħet l-aktar popolari matul is-snin, fl-istess perjodu 21,853 persuna għażlet li tmur ir-Renju Unit. Min-naħa l-oħra in-nefqa medja ta' dawk li żaru l-Italja kienet ta' €621. Din in-nefqa tinkludi, spejjeż ta' trasport, akkomodazzjoni, kiri ta' trasport, attivitajiet, souvenirs, kunċerti u avvenimenti sportivi fost oħrajn. L-aktar flus li ntefqu kienu fl-Olanda b'medja ta' €995. Dan segwit mill-Ġermanja b'€930.
Il-karnival kien iċċelebrat ukoll fin-Nadur għawdex kif ukoll f'Ħal Għaxaq fejn diversi nies attendew għat-tnejn. Il-festeġġjamenti se jibqgħu għaddejin sa nhar it-Tlieta, l-għada jibda' Ras ir-Randan.