
Stennija kbira għall-Ġimgħa Kbira wara tliet snin imċaħħda mit-tradizzjoni
Sawm, talb u penitenza... Int kif se tqattaha l-Ġimgħa l-Kbira?

More in Socjali
Sawm, talb u penitenza... Int kif se tqattaha l-Ġimgħa l-Kbira?
Fl-2020 u fl-2021 kellna l-Covid-19 u fl-2022, meta kulħadd ħaseb li konna se nerġgħu nirritornaw għan-normal u nerġgħu niċċelebraw it-tradizzjonijiet li jagħmluna Maltin – inkluż dawk tal-Ġimgħa l-Kbira, tħassar kollox minħabba l-irwiefen. U huwa għalhekk li din is-sena hemm stennija kbira, inkluż ma ħafna minn dawk li għalkemm m’għandhomx fidi kattolika, xorta japrezzaw l-impenn ta’ ħafna dilettanti li f’dan il-jum jilbsu u jerfgħu biex ifakkru fil-passjoni ta’ Kristu.
Apparti minn hekk din il-festa, bħal festi oħra iċċelebrati, hija okkażjoni biex tgħaqqad il-familja madwar mejda, tgħid kelma u tieħu kisra qagħqa tal-appostli u xi bela’ tè jew kafè.
Sawm, ċuqlajta u karamelli... Ma tfakkarkomx fil-Ġimgħa l-Kbira? Iżda x’jagħmlu l-purċissjonijiet ta’ dan il-jum uniċi? Filwaqt li kull lokalità toffri avveniment mill-isbaħ ħafna mil-lokalitajiet għandhom karattersitċi uniċi fil-purċissjoni tagħhom. F’Ħal Qormi, għall-ewwel darba din is-sena se jintroduċu il-vara tal-Kundanna tas-Sinedriju lil Ġesù. F’din il-lokalità ukoll naraw il-vara tal-aħħar ċena, vara li ftit li xejn naraw madwar Malta u Għawdex. Fil-każ ta’ Ħaż-Żebbuġ, il-purċissjoni hija magħrufa għas-suldati Rumani. F’diversi rħula, fosthom il-Mosta, nies li jagħmlu xi wegħdiet jimxu fil-purċissjoni mgħammda bil-ktajjen ma’ saqajhom bħala penitenza.
Trid tmur tara l-purċissjoni? Ara fejn u x’ħin:
F’Malta:
F’Għawdex: