Joħorġu r-riżultati taċ-ċensiment rigward il-popolazzjoni u r-residenzi tal-2021
Jirriżultaw żidiet sostanzjali fin-numru ta' residenzi, partikolarment fletsijiet u penthouses
More in Socjali
Jirriżultaw żidiet sostanzjali fin-numru ta' residenzi, partikolarment fletsijiet u penthouses
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatiska ppublikat ċensiment dwar il-popolazzjoni r-residenzi li jmur lura għas-sena 2021.
Minn dan iċ-ċensiment, ħareġ li hemm total ta’ 297,304 residenza, żieda ta’ 32.8% tul l-10 snin preċedenti, l-akbar żieda qatt reġistrata fuq perjodu ta’ dan it-tul. Dan juri kemm il-kostruzzjoni fil-pajjiż miexja b’mod rampanti. Wieħed jinnota wkoll żieda ta’ erba’ darbiet aktar tul l-aħħar 100 sena.
81,631 minn dawn, ftit aktar minn kwart, m’humiex użati bħala residenza prinċipali, iżda huma vakanti jew inkella utilizzati għall-villeġjaturi. Madankollu, in-numru ta’ residenzi prinċipali żdied b’41.2%, filwaqt li n-numru ta’ residenzi sekondarji jew vakanti żdied b’14.8%, xhieda ta’ popolazzjoni li dejjem qed tespandi.
San Pawl il-Baħar kien ir-raħar bl-akbar ammont ta’ residenzi, b’23,738 waħda, li jammontaw għal 8% tat-total. Dan wieħed mill-aktar irħula li esperjenzaw tkabbir fin-numru, flimkien ma’ l-Imsida u l-Mosta. Nuqqas ġie nnotat fil-Belt Valletta, fl-Isla u San Lawrenz.
F’Għawdex, 45% mir-residenzi huma użati għall-villeġġjatura jew huma vakanti.
Għall-ewwel darba f’Malta, fletsijiet u penthouses iddominaw bħala residenzi prinċipali, b’48.8%, segwiti minn maisonettes b’23.9%, u terraced houses b’22.7%.
Nofs ir-residenzi nbnew jew ġew tranġati wara s-sena 2000, fejn saret bidla konsiderevoli favur fletsijiet, penthouses u maisonettes.
Ir-reġjuni tal-Port tan-Nofsinhar u ta’ Għawdex u Kemmuna ġew rrappurtati li hemm l-għola proporzjoni ta’ residenzi li qiegħdin fi stat ħażin u li għandhom bżonn ta’ tiswijiet.
Il-proporzjoni ta’residenzi mikrija attrazzati bl-għamara żdied b’13.3%. L-akbar kirjiet ta’ dawn ġew innotati f’Ta’ Sliema, b’€1,150. Dan kien segwit minn San Ġiljan u s-Swieqi b’€1,100. L-anqas kien fil-Birgu b’€553, segwit minn Għajnsielem u Kemmuna u ż-Żurrieq b’€600.
Bejn wieħed u ieħor 50% tar-residenzi kellhom ħames jew sitt kmamar, bil-medja tinżel minn sitta għal ħamsa.
In-numru medju ta’ nies f’residenza kien ta’ 2.4, waqt li kien hemm żieda konsiderevoli favur residenzi b’persuna waħda.
51,278 residenza, li jammontaw għal 23.8% tat-total ta’ residenzi primarji, kienu abitati minn persuni li m’humiex residenzi Maltin.