132 tobba ġodda jingħaqdu mas-servizz tas-saħħa

"Dejjem żommu l-għola kwalità ta’ servizz lill-pazjenti." - Il-Ministru Chris Fearne

(ritratt: ODPM-MFH)
(ritratt: ODPM-MFH)

132 tabib ingħaqdu fil-Malta Foundation Programme, li huwa l-ewwel pass fil-karriera tat-tobba f’Malta. 109 minn dawn gradwaw mill-Università ta’ Malta, filwaqt li 23 oħra gradwaw minn universitajiet Ewropej oħra.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, waqt li ltaqa’ ma’ wħud mit-tobba l-ġodda, ferħilhom tobba tal-isforzi akkademiċi tagħhom u awguralhom vjaġġ ta’ taħriġ b’saħħtu.

Hu saħaq li, minkejja t-tul tal-vjaġġ li għandom quddiemhom, huwa wkoll wieħed li jagħti sodisfazzjoni enormi, partikolarment meta wieħed jara l-pazjenti tiegħu jfiequ minħabba l-kura tagħhom.

Ħa ħin ukoll biex ifakkarhom li “-professjonisti tas-saħħa huma s-sinsla tas-servizz eċċellenti li jingħata f’pajjiżna,” u ħeġġigom sabiex dejjem iżommu l-għola kwalità ta’ servizz lill-pazjenti.

More in Socjali