It-tenuri mondjali Joseph Calleja u Andrea Boccelli, flimkien, se jtellgħu kunċert fil-25 ta’ Novembru li ġej, bil-wegħda li se tkun serata mill-iktar maġika għall-udjenza.
Bi preparazzjoni għall-istaġun tal-Milied, il-kunċert se jsir fl-MFCC f'Ta’ Qali, u se jkollu l-akkumpanjament tal-Orkesta Filarmoika ta’ Malta, kif ukoll il-kor tat-tfal ta’ Joseph Calleja mill-Bank of Valletta.
Il-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo qal li jinsab kburi li t-tenur Malti qed jorganizza avvenimenti bħal dan u għalhekk dan żgur se jservi ta’ ġid għat-turiżmu ta’ pajjiżna, hekk kif inkomplu nitbiegħdu mit-turiżmu staġjonali.
Il-kunċert qed jitella' minn Greatt, bl-appoġġ ta’ VisitMalta, l-Ministeru tat-Turiżmu u l-Bank of Valletta.