Philip Sciberras, l-eks Membru Parlamentari Laburista li mbgħad sar imħallef miet fl-għomor ta’ 77 sena, ftit ġranet il-bogħod minn għeluq sninu fis-7 ta’ Ottubru.
Il-mewt ta’ Philip Sciberras tħabbret minn ibnu Andrew permezz ta’ kitba fuq Facebook dalgħodu. “Huwa b’sogħba kbira li nħabbru t-telfa tal-għażiż missierna Philip Sciberras wara battalja twila ma’ marda terminali. Il-Papa miet fil-paċi mdawwar mill-familja tiegħu.”
Fuq Facebook, Andrew iddiskriva lil missireu bħala bniedem li “ħabb il-professjoni tiegħu permezz tal-għerf u wens profond fil-liġi u letteratura. L-għerf tiegħu kien bla tarf”. Huwa kompla jgħid li sfortunatament missieru mhux ħa jara’ it-tnedija ta’ serje ta’ kotba ’L-Alfabett tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivil’.
Intant, il-Partit Laburista sellem il-memorja tiegħu fejn ġie deskritt bħala “eks Imħallef li ta kontribut kbir fil-qasam ġudizzjarju f’pajjiżna” u bniedem “b’imħabba kbira lejn il-letteratura Maltija fejn bħala awtur u poeta kiteb u ġew ippublikati diversi kitbiet relatati mal-ilsien Malti u publikazzjonijiet legali.”