Speed camera ġdida tweħħlet Triq Tumas Chetcuti f’Ħ’Attard, b’veloċità massima ta’ 60 Kilometru fis-siegħa. Barra minn hekk, twaħħlu numru ta’ tabelli ta’ speed camera, kif ukoll il-veloċità massima tat-triq.
L-ispeed camera tweħħlet għal-vetturi li jkunu ġejjin mill-Bypass tal-Imrieħel, direzzjoni lejn ir-Rabat. Dan wara numru ta’ inċidenti li seħħew matul din il-medda ta’ triq, inkluż każ riċenti fejn żgħażugħa ta’ 17-il sena Kacey Sciberras, li kienet passiġiera, mietet wara li kienet involuta f’ħabta kerha.
Wara l-mewt ta’ Kacey Sciberras u inċidenti li ħallew diversi persuni fil-periklu tal-mewt, pressjoni minn membri tal-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard, kif ukoll residenti kibret u permezz ta’ diversi diskussjonikiet mal-awtoritajiet jidher li finalment tlestew l-istudji u twaħħlet speed camera ġdida.