Debba salvata mill-Protezzjoni Ċivili

Dalgħodu il-Protezzjoni Ċivili wettqet operazzjoni ta’ Salvataġġ sabiex tiġi salvata debba f’Santa Venera 

Debba salvata mill-Protezzjoni Ċivili
Debba salvata mill-Protezzjoni Ċivili

Permezz ta' post fuq Facebook, il-Protezzjoni Ċivili salvaw debba dalgħodu f'Santa Venera.

Il-vittma ta’ din il-missjoni unika ta’ salvataġġ kienet debba li sabet ruħha f’sitwazzjoni prekarja. Id-debba irnexxiela toħroġ mill-paddock tagħha u sussegwentement tfixklet ma’ ħajt tas-sejjieħ u arbuxxell tax-xewk. Is-sitwazzjoni bla dubju kienet waħda ta’ sfida, iżda bi preċiżjoni u kura, it-tim tas-salvataġġ uża krejn biex bil-mod jerfa’ lid-debba mill-post.

Wara li ġiet salvata d-debba, id-debba rċiviet attenzjoni medika immedjata għall-ġrieħi tagħha. Dan kien jinkludi t-tneħħija bir-reqqa tax-xewk.

 

More in Socjali