Jinġabru l-Bidnija biex ifakkru lil Daphne Caruana Galizia

Grupp ta’ nies iltaqgħu fil-post fejn kienet seħħet l-isplużjoni sitt snin ilu bħala ġieħ għal Daphne Caruana Galizia 

Matthew Caruana Galizia jinżel għarkopptejh quddiem il-bannar t'ommu
Matthew Caruana Galizia jinżel għarkopptejh quddiem il-bannar t'ommu

Ilu sitt snin meta l-kwiet rurali tal-Bidnija ġie interrot minn splużjoni qawwija. 

Daphne Caruana Galizia sfat maqtula minn bomba imqiegħda taħt il-karozza tagħha. Kienet għadha kif ħarġet mid-dar sejra fi triqtha lejn il-Mosta. Il-karozza spiċċat f’ballun nar u mietet fuq il-post. 

Illum, banner kbir b’wiċċ Daphne ġie poġġut fejn spiċċat il-karozza maħruqa. Il-banner huwa viżibli minn Google Maps. 

Qraba, ħbieb, attivisti kontra l-korruzzjoni u oħrajn iltaqgħu fit-3 ta’ wara nofsinhar il-Bidnija fuq il-post ta’ qtil ta’ Daphne, fejn kollha flimkien f’silenzju sħiħ taw ġieħ lill-ġurnalista. Inġabru lkoll flimkien biex jikkonmemoraw is-sitt anniversarju mill-qtil tagħha, u jerġgħu jgħajjtu għall-ġustizzja. 

Sitt snin wara, it-tlett irġiel li wettqu dan il-qtil qiegħdin il-ħabs, inkluż Yorgen Fenech, li qed jistennew jitressqu quddiem il-Qorti.

 

More in Socjali