Jiftaħ l-istaġun 'kontroversjali' tal-insib
Il-BirdLife terġa' ssemmi leħinha kontra l-kaċċa hekk kif jiftaħ l-istaġun kontroversjali tal-insib
More in Socjali
Il-BirdLife terġa' ssemmi leħinha kontra l-kaċċa hekk kif jiftaħ l-istaġun kontroversjali tal-insib
Il-Ġimgħa fetaħ l-istaġun tal-insib u l-għaqda mhux governattiva tal-BirdLife Malta reġgħet semmiet ir-regolamenti li jikkonċernaw l-insib f’Malta.
Dan hekk kif l-użu ta’ xbieki huwa permess fuq żewġ derogi. Iż-żewġ derogi huma soġġetti għal proċedimenti ta’ ksur imexxija mill-Kummissjoni Ewropea.
BirdLife Malta qalet li dan l-istaġun kontroversjali nfetaħ kif ġie awtorizzat mill-Ministru ta’ Għawdex Clint Camilleri wara l-votazzjoni tal-Komunitá ORNIS li seħħet fl-10 ta’ Ottubru.
L-Awtoritá għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) li tieħu ħsieb kwistjonijiet ambjentali naqset milli tkun preżenti waqt il-votazzjoni. Dan irriżulta li l-BirdLife kienet l-unika entitá li vvotat kontra.
Għall-istaġun tal-Malvizz, huwa permess li jinqabdu biss total ta’ 7,000 għasfur bejn l-20 u il-31 ta’ Ottubru.
Mentri, għall-istaġun tal-Pluviera, huwa permess total ta’ 500 bejn l-1 ta’ Novembru u l-10 ta’ Jannar.
Minn banda oħra, l-istaġun tal-Isponsun, li qajjem reazzjonijiet nazzjonali meta il-Ministeru tal-Kaċċa qal li l-insib tal-Isponsun qed isir għal raġunijiet ta’ riċerki, se jiftaħ mill-20 ta’ Ottubru sal-20 ta’ Diċembru.
IL-BirdLife sostniet li t-tieni deroga hija biss farsa biex taħbi l-fatt li l-insib tal-isponsun jibqa’ għaddej.
L-użu ta’ siti irreġistrati għall-insib huwa permess sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx u sagħtejn wara inżulha, kuljum sakemm jagħlaq l-istaġun. L-insib billejl mhux permess u saħansitra huwa pprojbit appaat elettroniku li jqarraq l-għasafar.