Jingħataw liċenzji operattivi għall-kultivazzjoni tal-kannabis

Żewġ assoċjazzjonijiet tal-kannabis ingħataw liċenzji operattivi, li jfisser li jistgħu jibdew il-kultivazzjoni, hekk kif id-distribuzzjoni mistennija tibda kmieni s-sena d-dieħla

Jingħataw l-ewwel liċenzji operattivi għall-assoċjazzjonijiet tat-tnaqqis tal-ħsara tal-kannabis lil żewġ assoċjazzjonijiet. Dan ifisser li issa jistgħu jikkultivaw il-kannabis tagħhom stess.

Waqt konferenza stampa, ċ-Chairperson Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Cannabis (ARUC), Leonid McKay ħabbar li f'Ottubru, ingħataw l-ewwel liċenzji operattivi.

L-għaqdiet inkwistjoni jissejħu KDD Society u Ta’ Zelli, u l-proċess ta’ distribuzzjoni tal-kannabis lill-membri jista’ jibda meta l-għaqdiet ikollhom il-prodott f’idejhom. Il-kannabis imbagħad tiġi ttestjata skont l-istandards tal-ARUC qabel tinbiegħ lill-membri.

Dwar il-prezzijiet, McKay stqarr li l-ARUC mhu se tkun qed tikkontrolla l-prezz tal-kannabis bl-ebda mod, madankollu, huwa qal li l-prezz huwa mistenni li jikkompeti ma’ dak tas-suq illegali (black market).

Sadanittant, erba’ assoċjazzjonijiet oħra jinsabu fi stadji avvanzati biex jiksbu liċenzja operattiva.

McKay saħaq li fil-ħidma tagħha, l-ARUC tbiegħed mill-kummerċjalizzazzjoni tal-kannabis, u kompliet tgħid li kull min għandu għanijiet differenti minn tal-awtorità, mhux mistieden jaħdem magħha.

Is-Segretarja Parlamentari għar-Riformi, Rebecca Buttigieg stqarret li t-tħabbira tat-Tlieta hija mument storiku.

Buttigieg saħqet li t-traffikar tad-droga qatt mhu se jkun ittollerat

More in Socjali