PN: Il-Gvern ma jafx x’qed jiġri fl-Enerġija

Il-Partit Nazzjonali jgħid li l-Gvern m'għandux idea x'ihu jiġru fl-Enemalta wara li tħabbar Chairman Eżekuttiv ġdid, Ryan Fava

F’Awwissu il-Partit Nazzjonalista kien talab lill-Gvern biex ikun trasparenti dwar it-tmexxija tal-Enemalta. Il-PN kien qed ifittex konferma jew ċaħda li ċ-Chairman Eżekuttiv Jonathan Cardona kien tkeċċa minħabba l-falliment fis-sistema tad-distribuzzjoni tad-dawl. 

Meta mistoqsija fuq dan, il-ministru Miriam Dalli ċaħdet u saħqet li Cardona għadu fil-kariga tiegħu bħala chairman. Iżda, l-Erbgħa l-Enemalta ħabbret Chairman Eżekuttiv ġdid, Ryan Fava. 

Skont l-ispokesperson Mark Anthony Sammut , dan jikkonferma li Dalli “kienet qed tigdeb, ma tafx x’qed jiġri fl-Enemalta jew il-kontroll m’għadux f’idejha”.

Il-PN stqarr li dan juri wkoll li l-Gvern issa qed jirrikonoxxi r-responsabbiltà li trid tinġarr wara l-qtugħ ta’ dawl li sofra l-poplu Malti fis-sajf. Il-PN jkompli jgħid li dan ġara “frott l-inkompetenza u n-nuqqas ta’ ppjanar”.

Il-PN sostna li Abela gideb meta qal li r-raġuni għaliex ħafna lokalitajiet spiċċaw bla dawl kien kaġun  tas-sħana u t-tibdil tal-klima .

Min-naħa l-oħra, il-Partit Nazzjonalista saħaq li għandu pjan ċar u dettaljat biex in-nies ikollhom servizz tal-enerġija li jixirqilhom, servizz stabbli, reżiljenti u li jistgħu jserrħu fuqu s-sena kollha

 

More in Socjali