Mistennija tkompli l-produzzjoni tal-film Gladiator fl-4 ta’ Diċembru

Il-produzzjoni kella titwaqqaf minħabba l-istrajk li seħħ mill-kittieba, iżda jidher li ntlaħaq ftehim biex tkompli l-produzzjoni ta’ Gladiator

Il-gazzetta ILLUM tista’ tiżvela li l-produzzjoni tal-film ta’ Gladiator, mistenni jkompli bil-produzzjoni tiegħu fl-4 ta’ Diċembru li ġej.

Dan wara li seħħ il-Writers Guild of America strike, strajk li beda fit-2 ta’ Mejju sas-27 ta’ Settembru, 2023. Huwa kien qed jirrappreżenta 11,500 kittieb ta’ l-iskrin kontra l-Alleanza tal-Produtturi ta’ Films Ċinematografiċi u Televiżjoni (AMPTP). Dan l-istrajk kien l-itwal tfixkil għall-produzzjoni tal-films u t-televiżjoni Amerikana mill-pandemija tal-COVID-19 u t-tieni l-itwal fl-istorja tal-WGA, wara l-istrajk tal-1988. 

L-istrajk kellu effetti fuq firxa wiesgħa, li wassal għal għeluq ta’ studios. Skont il-Kummissarju tal-Films Johann Grech, l-istrajk huwa riżultat ta’ negozjati falluti dwar il-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, li jaffettwaw il-produzzjonijiet minn studios ewlenin bħal Netflix u Disney. Filwaqt li f’Malta qed ikomplu diversi produzzjonijiet, is-sequel ta’ Gladiator, li jinkludi l-A-listers Denzel Washington u Pedro Pascal, ġie affetwat, iżda issa mistenni jkompli fl-4 ta’ Diċembru.

Wara li laħqet ftehim tentattiv, it-tmexxija tal-unjin ivvotat biex itemm l-istrajk fis-27 ta’ Settembru 2023, b’ratifika uffiċjali mill-membri tal-WGA fid-9 ta’ Ottubru. 

Ġie stmat $6.5 biljun telf ekonomiku għan-Nofsinhar tal-Kalifornja.

Gladiator 2 se jkun taħt id-direzzjoni ta’ Ridley Scott, u se jsegwi mal-istorja tal-ewwel “Gladiator” (2000), Miktub minn David Scarpa. Il-kast jinkludi lil Paul Mescal, Denzel Washington, Joseph Quinn, Fred Hechinger, Pedro Pascal, Connie Nielsen, Djimon Hounsou, u Derek Jacobi, bl-aħħar tlieta jerġgħu jieħdu r-rwoli tal-ewwel film. 

l-istorja hija dwar Lucius, in-neputi ta 'Commodus, issa raġel, li qabel kien salvat minn Maximus fl-ewwel Gladiator.

Il-produzzjoni tal-kumpnaija Paramount hija mistennija toħroġ il-film fl-24 ta' Novembru 2024.

More in Socjali