Irrifjutata t-tieni pompa tal-petrol ta’ Ħ’Attard

It-tribunal tal-appell tal-Awtorità tal-Ippjanar ikkonferma mill-ġdid ir-rifjut tiegħu tal-2019 ta’ permess għal pompa tal-petrol ta’ 3,000 sq.m fi Triq ir-Rabat, fil-viċinanzi tal-Kapella ta’ Santa Marija tal-Vittorja

It-Tribunal tal-Appelli tal-Awtoritá tal-Ippjanar (EPRT) ikkonfermat id-deċiżjoni tagħha tal-2019, u rrifjutat permess għal-pompa tal-petrol li kienet porposta tkun 3,000sq.m fit-Triq tar-Rabat, viċin il-Kapella ta’ Marija Vitorja

It-tribunal kienet tiġá kkonfermat id-deċiżjoni tagħha fl-2021, imma sid l-applikant u l-art Ludwig Camilleri tella l-każ l-Qorti, li rrevokat ir-rifjut u reġġgħet l-każ lura lit-tribunal.

Il-qorti tal-appell kienet laqgħet l-argument ta’ Camilleri kontra r-rifjut tal-PA li tħalli pompa tal-petrol oħra, bi ksur tal-politika li tipprojbixxi pompi tal-petrol ġodda li jkunu 500m il-bogħod mill-pompi tal-fjuwil oħrajn eżistenti, li hija l-Pit Stop station.

Camilleri kkontesta r-rifjut, u qal li l-petrol station tal-Pit Stop kienet 510m il-bogħod mis-sit tiegħu, wara li uża l-konfigurazzjoni proposta tal-proġett ta’ Central Link Road.

L-EPRT kien irrikonoxxa li d-distanza bejn iż-żewġ pompi “kienet estiża” minħabba s-Central Link, iżda qalet li dan ma jirriflettix is-sitwazzjoni meta l-pompa ġiet rrifjutata, ġimgħa biss wara l-approvazzjoni tal-proġett Central Link. Il-proġett tat-toroq lanqas biss kien ġie ppubblikat uffiċjalment u x-xogħlijiet kienu għadhom lanqas biss bdew. Il-kalkolu tad-distanza eżatta bejn iż-żewġ stazzjonijiet kien jeħtieġ il-konklużjonijiet tax-xogħlijiet, li kien impossibbli fiż-żmien tad-deċiżjoni.

L-EPRT issa rrikonoxxa li din ir-raġuni għar-rifjut tal-permess ma kinitx valida. Iżda ċaħdet tliet argumenti oħra li għamel Camilleri fl-offerta tiegħu biex jirrevoka r-rifjut.

Filwaqt li nnota li Camilleri kien ippreżenta pjanijiet biex jindirizza r-raġunijiet imsemmija fir-rifjut oriġinali, l-EPRT qal li billi naqqas sostanzjalment id-daqs ta’ ħanut propost u għalhekk żiedet id-distanza bejn l-pompa u borehole fil-viċin, dawn il-pjanijiet ma kellhomx “awtorizzazzjoni minn Transport Malta” .

Il-pjanijiet ta’ Camilleri kienu ġew miċħuda sena qabel l-approvazzjoni tal- politika ġdida li tipprojbixxi pompi tal-petrol ġodda fuq art agrikola, u li llimitat id-daqs tagħhom għal 1,000sq.m barra miż-żoni ta’ żvilupp. Għalhekk, l-appell ta’ Camilleri kellu jiġi deċiż fuq il-bażi tal-politika l-antika, approvata fl-2014, li ppermettiet fuel stations ta’ 3000sq.m fuq art agrikola.

Camilleri, iben l-eks ministru Laburista Lorry Sant aide Piju Camilleri, kien akkwista l-liċenzja tal-pompa tal-petrol ta’ Birkirkara fl-2014 bil-ħsieb li jirrilokaha fl-art ODZ tiegħu.

Wara li kkunsidra sit fis-Salina, meqjus bħala non-starter mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi, talab permess għall-art tiegħu fi Triq ir-Rabat. Is-sit kien ġie allokat għal ċimiterju privat fl-2011, iżda dan kien ukoll prekluż minn politika ġdida fl-2014.

 

More in Socjali