Il-Unjon tal-Edukaturi Professjonali (UPE) ħabbret id-deċiżjoni tagħha li ma tipparteċipax fl-istrajk nazzjonali li huwa skedat għas-27 ta’ Novembru, tal-Unjoni Maltija tal-Għalliema ( MUT).
Il-President tal-UPE Graham Sansone, ċaħad is-sejħa tal-MUT għal azzjoni ta’ strajk u qal li hija “dimostrazzjoni ta’ poter”, filwaqt li enfasizza li s-27 ta’ Novembru se tkun “business as usual” għal madwar 3,000 membru edukatur tal-UPE.
L-MUT hija l-akbar unjoni tal-edukazzjoni fil-pajjiż li tirrappreżenta 'l fuq minn 10,000 edukatur. L-MUT iddikjarat l-istrajk b'reazzjoni għal tilwima dwar il-pagi li għaddejja mal-Gvern. Minbarra l-istajk, l-unjin qed tippjana li tiżvela sensiela ta’ direttivi għall-membri tagħha, li se mistennija jidħlu fis-seħħ nhar it-Tnejn li ġej.
Waqt konferenza stampa s-Sibt filgħodu, Sansone sostna li l-pożizzjoni tal-UPE ġejja minn tħassib dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-allowances aktar milli s-salarji bażiċi tal-għalliema, li huma assigurati sal-aħħar tal-2024 taħt ftehim separat bejn it-trejdjunjins kollha u l-istat.
Sansone kkritika n-nuqqas ta’ trasparenza tal-MUT, u staqsa għar-raġuni wara l-istrajk. Huwa ħeġġeġ lill-unjin biex tiċċara l-kwistjonijiet li wasslu għas-sejħa għall-azzjoni industrijali, filwaqt li esprima tħassib dwar il-kriżi tat-tmexxija tal-MUT.
Il-Kap tal-UPE akkuża lill-MUT li qed jinnegozja “ftehim illeġittimu” għal Learning Support Educators (LESEs). Bħala r-rappreżentant tal-maġġoranza tal-LESEs, l-UPE għandha tkun l-unjin responsabbli biex tinnegozja f’isimhom. Sansone temm jgħid li l-UPE tirriserva d-dritt li ma tirrikonoxxi l-ebda ftehim relatat mal-kundizzjonijiet tax-xogħol għal-LESEs.