L-MUT ressqet proċeduri ta’ libell fil-Qorti wara li l-aħħar artiklu malafamanti ġie ppubblikat mill-UPE u li kien is-suġġett ta’ konferenza stampa li saret mill-UPE nhar is-Sibt li għadda.
L-MUT stqarret li l-UPE mhix parti min-negozjati tal-ftehim settorjali/kollettiv iżda dan ma jagħtihiex id-dritt li toħroġ stqarrijiet malafamanti dwar l-MUT u t-tmexxija tagħha.
MUT kompliet tgħid li bl-istess mod ma tistax toħroġ stqarrijiet malafamanti dwar il-proċess ta’ negozjati li qed isir bħalissa bejnha u l-Gvern.
MUT qalet li taġixxi bħala ‘strike breaker’ u tipprova tfixkel in-negozjati hija kkundannabbli b’mod ċar, iżda l-iffabbrikar u t-tixrid ta’ dikjarazzjonijiet malafamanti jikser il-liġi u mhux se jkun tollerat mill-MUT.
“L-MUT għandha tkompli tieħu l-azzjonijiet kollha biex tissalvagwardja l-integrità tagħha.”