Stedina esklussiva fit-tarzna ta’ Palumbo Open Day 2023

Titlifx din l-opportunitá unika biex tesplora u ssir taf aktar dwar l-innovazzjoni marittima. Niżżluha fil-kalendarji tagħkom u ngħaqdu magħna waqt l-Open Day ta’ Palumbo Shipyard

Għal darb’oħra Palumbo Shipyards, isem magħruf fl-industrija marittima, qed testendi stedina mill-qalb lill-pubbliku għal esperjenza mill-isbaħ, l-Open Day nhar il-Ħadd, 26 ta’ Novembru, mill-10:00 am sal-5:00 pm. 

Skopri l-eċċellenza marittima 

Ingħaqad f'ċans esklussiv li tidħol fit-Tarzna ta’ Palumbo u tidħol fid-dinja marittima. Kemm jekk int affaxxinat bil-bini tal-vapuri, u kemm jekk int interessat fl-istorja marittima jew qed tfittex ġurnata ta’ tgawdija mal-familja, dan huwa ċ-ċans li m’għandekx titlef. Wieħed jista’ wkoll jitkellem ma’ ħaddiema esperjenzati u anke jesperjenza l-ħajja marittima – bl-attivitajiet kollha se tkun qed tappoġġja l-ekonomija l-blu u l-inizjattivi marittimi ħodor. 

Magħrufa għall-eċċellenza tagħha fis-servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni tal-vapuri, Palumbo Shipyards tiftaħar b’wirt marbut sew mal-istorja marittima ta’ Malta. Dan hekk kif it-tarzna kellha rwol ċentrali fit-tkabbir u l-iżvilupp tal-industrija. 

L-aqwa ħaġa hi li d-dħul huwa kompletament b’xejn! 

Attività għall-familja kollha! 

Din hi attività mmirata għall-familja kollha mimlija avventura u divertiment; minn wirja tal-Ferrari għal attrazzjonijiet tat-tfal.Wieħed jista’ jgawdi minn żjarat edukattivi fit-tarzna li jinkludu żoni speċjali mhux aċċessibbli fil-jiem regolari. Se jkun hemm ukoll l-aqwa artisti lokali li se jpaxxu l-widna b’mużika mill-isbaħ matul il-ġurnata kollha. 

Palumbo Shipyards Open Day tmur lil hinn mill-ħidma normali li ssir ta’ kuljum fit-tarzna. Dan hekk kif f’din l-okkażjoni, il-pubbliku għandu ċ-ċans, fost affarijiet oħra, isegwi dak kollu li għandu x’jaqsam mas-servizzi marittimi, ngħidu aħna d-dedikazzjoni involuta fil-bini, it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vapuri, u aktar opportunitajiet ta’ darba. 

Punti speċjali 

  • Vetturi lussużi: Wirja ta’ vetturi differenti tal-Ferrari; 

  • Logħob tat-Tfal: Żona esklussiva għat-tfal b’ferrovija ddur madwar it-tarzna, JetSki Acrobatics, kompluta b’ikel kumplimentari u ħafna aktar; 

  • Artisti Lokali: Mużika lokali għal udjenzi ta’ kull età b’artisti Maltin magħrufa bħal Ivan Grech, Kantera, Freddy Portelli, Joe Demicoli, Claudia u Fabrizio Faniello, Kevin Paul u Kurt Calleja, u d-Dulli u Veronica; 

  • Tours Informattivi: Esplora workshops, żjarat fil-baċiri, u żoni oħra li normalment ikunu ristretti; 

  • Laboratorji Sostenibbli: Sir af aktar dwar il-ħidma ta’ Palumbo u dwar kif hi kommessa li tkun kompletament sostenibbli sas-sena 2030, il-pjanti solari li għandha, il-prattiċi tar-riċiklaġġ, u li titgħallem mingħand it-timijiet tagħna dwar l-aħjar prattiċi biex tikkontribwixxi għal ambjent aħjar.  

“Ingħaqad magħna fis-26 ta’ Novembru għal tour esklussiv tal-aqwa faċilitajiet tagħna. Ara b’għajnejk x’tinvolvi l-ħidma biex jissewwew bastimenti kbar li jbaħħru l-ibħra!” 

Titlifx iċ-ċans li tkun parti minn dan l-avveniment marittimu straordinarju. Għal aktar informazzjoni, żur il-paġna uffiċjali ta’ Palumbo Shipyards fuq https://www.facebook.com/palumboshipyardsofficial. 

Dettalji tal-Avveniment 

  • Data: Il-Ħadd, 26 ta’ Novembru, 2023 

  • Ħin: 10:00 am sal-5:00 pm 

  • Post: Palumbo Shipyards, The Docks – Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid 

More in Socjali