Attivisti femministi semmgħu leħinhom kontra l-vjolenza fuq in-nisa
Il-Ħadd saret protesta għall-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza fuq in-Nisa fil-Belt
More in Socjali
Il-Ħadd saret protesta għall-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza fuq in-Nisa fil-Belt
Attivisti flimkien mal-poplu Malti mxew fil-Belt Valletta nhar il-Ħadd f’mija ta’ protesta organizzatz mill-Moviment Graffitti (għaqda mhux governattiva), Young Progressive Beings (YPB), u l-MGRM biex jitfakkar il-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza fuq in-Nisa.
Il-mixja ta’ protesta kellha l-għan li tqajjem kuxjenza dwar il-kultura mifruxa tal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, persuni trans u dawk ‘non-binary’ fis-soċjetà tagħna.
Il-fokus ta’ din is-sena għall-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza fuq in-Nisa, li jaħbat fil-25 ta’ Novembru, idur fuq it-tema ta’ ‘Reżistenza għall-Vjolenxa’.
Il-kunċett kien maħluq fis-snin 70, li jispjega n-normalizzazzjoni tal-vjolenza fuq in-nisa fil-forom kollha tagħha: minn dik fiżika u sesswali għal dik ekonomika u psikoloġika.
Moviment Graffitti qalet li r-realtà oskura tippersisti sal-lum il-ġurnata, u li v-vjolenza kontra n-nisa, trans, u individwi ‘non-binary’tiffjorixxi fis-soċjetà tagħna, moħbija taħt il-fuljett ta’ ‘ċajt’ jew ‘kumplimenti’.
L-għaqda kompliet tgħid li kummenti oġġettivi lejn in-nisa jibdew minn attenzjoni sesswali mhux mixtieqa sa fastidju fuq il-midja soċjali li jwassal għal fastidju li jinfiltraw fil-ħajja ta’ kuljum; li tali fastidju huwa skużat jew imwarrab, jew agħar minn hekk – li din l-imġiba tiġi mħeġġa aktar.
“Dan qatt ma kien aktar ċar minn nhar l-Erbgħa, meta ftakru u onorajna lil Bernice Cilia, li s-sena l-oħra nqatlet f’demm kiesaħ, vittma ta’ femiċidju. Ir-rabja u d-diżappunt tagħna għall-kultura u s-sistema li ppermettew li sseħħ il-mewt tagħha għadhom preżenti bħal qatt qabel. Anke llum, għad hemm ferm aktar minn 2,200 każ ieħor ta’ vjolenza domestika li huma pendenti. X’qed nistennew?”
Graffitti qalet li biex tirreżisti l-kultura tal-vjolenza titlob azzjoni kollettiva, u ċaħdet l-idea li kulħadd għandu jissaporti trattament ħażin.
"Għandna bżonn niżvelaw u nkomplu nisfidaw it-tessut tas-soċjetà li jippermetti li dawn l-inġustizzji jippersistu."
Fi tmiem il-protesta, quddiem il-Parlament saret wirja qawwija li turi l-eżempji ta’ swied il-qalb ta’ vjolenza.