L-atleti li kisbu midalja waqt il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar irċivew is-somma flus imwiegħda mill-Gvern; €10,000 għal midalji tad-deheb, liema ammont jinqasam f’każ li l-midalja ntrebħet minn tim.
Barra minn hekk ingħataw rigali monetarji lil dawk li kisbu midalji tal-bronż u fidda. B’kollox is-somma finali kienet ta’ €575,300 lil 97 rebbieħ u rebbieħa f’dawn it-tliet kategoriji ta’ midalji.
Ir-rebbieħa ngħataw dan ir-rikonoxximent waqt l-20 edizzjoni tal-MOC Gala Sport Awards li saret il-Ġimgħa filgħaxija, bil-għn li jkunu rikonoxxuti u ċċelebrati l-kisbiet tal-atleti Maltin.
Għall-ewwel darba minn kemm ilhom jiġu oranizzati l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropea, minn fpst id-disa’ pajjiżi parteċipanti, Malta kisbet l-għola ammont ta’ midalji, b’rekord assult ta’ midalji; B’38 midalja tad-deheb, 30 midalja tal-fidda u 29 midalja tal-bronż, li b’kollox jammontaw għal-97 midalja f’isem Malta.
Waqt id-diskors tiegħu, il-Ministru għall-Isport Clifton Grima fakkar fis-suċċess li kiseb, filwaqt li saħaq li dawn il-kisbiet se jkunu ta’ ispirazzjoni għall-atleti ta’ għada, għat-tfal; Maltin u Għawdxin li jsegwu l-isport bi ħġarhom. Huwa temm id-diskors tiegħu jirringrazzja l-dawk kollha li taw sehrmhom biex dan ir-riżultat kien possibli.
Minn naħa tiegħu, il- President tal-Kumitat Olimpiku Malti Julian Pace Bonello qal li jinsab kburi bil-kisbiet eċċellenti tal-atleti matil il-logħob u saħaq li huwa xieraq li issa ir-rikonoxximent isir waqt serata li tgħaqqad il-komunità sportiva biex tiċċelebra l-eċċellenza