Aktar minn 2,000 speċi invażivi jitneħħew minn Wied il-Qliegħa

Il-Ministru tal-Ambjent, Miriam Dalli tat rendikont tax-xogħol li għaddej f’Wied il-Qliegħa 

Madwar 400kg ta’ għeruq tal-qasab u aktar minn 2,000 pjanta ta’ speċi oħrajn invażivi tneħħew minn Wied il-Qliegħa, żvelat il-Ministru tal-Ambjent fil-Parlament.  

Dan qalitu b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari mill-MP Ivan Castillo li staqsa fiex wasal il-proġett ta’ Wied il-Qliegħa. 

Il-Ministru tal-Ambjent Miriam Dalli qalet li ġew indirizzati wkoll speċi ta’ fawna invażivi bħal Louisiana Red Swamp Crayfish fejn inġabru aktar minn 1,000 xogħol ta’ tneħħija ta’ speċi invażivi li sar kollu bl-idejn, saħqet il-Ministru. 

Il-Ministru kompliet tispjega kif tħawlu 20 siġra lokali li huma mkabbra minn cuttings lokali, tul l-enbankments tal-wied.  

Barra minn hekk il-Ministru spjegat kif tnieda programm edukattiv dwar il-wied u l-ekosistemi tiegħu. Dan ġie offrut għall-ewwel darba waqt Skola Sajf.  

Fil-preżent, total ta’ 245 student imqassmin fi 15-il grupp attendew għal dan il-programm edukattiv, programm li se jkompli jiġi offrut matul din is-sena skolastika, qalet il-Ministru Dalli. 

Finalment il-Ministru Dalli qalet li beda x-xogħol fuq il-bini mill-ġdid tat-triq li tgħaddi mal-catchment tal-ilqugħ (dam) ’l isfel mill-Imtarfa, fejn bħalissa qegħdin jitħaffru u jinbnew numru ta’ piles tul it-trejqa bejn l-ilqugħ u l-pont sabiex il-wiċċ tat-triq ikun ankrat fuq pedamenti sodi. 
 
Il-Ministru tinsab infurmata li matul ix-xhur ta’ Settembru u Ottubru kien hemm aktar minn 3,500 viżitatur li żaru l-inħawi tal-wied kif indikat mill-people counters li hemm installati fiż-żewġ truf tas-sit ta’ dan il-proġett. 

More in Socjali