Is-Sovrintendenza toġġezzjona supermarket propost fuq art ODZ f’Marsaskala
Is-Sovrintendenza għall-Wirt Kulturali qed topponi l-iżvilupp ta’ supermarket fuq art ODZ li kienet barriera f’Marsaskala
More in Socjali
Is-Sovrintendenza għall-Wirt Kulturali qed topponi l-iżvilupp ta’ supermarket fuq art ODZ li kienet barriera f’Marsaskala
Is-Sovrintendenza għall-Wirt Kulturali qed topponi l-iżvilupp ta’ supermarket fuq medda ta’ art ODZ f’Marsaskala.
Il-proposta ġiet deskritta “inaċċettabbli għal żvilupp estensiv,” bis-sovritendenza għall-Wirt Kulturali tisħaq li “ż-żona jistħoqqilha tiġi riabilitata aktar u integrata mill-ġdid mal-pajsaġġ rurali tal-madwar.”
Il-pjanti, sottometti minn Retail Marketing Limited (il-kumpanija li għandha n-negozju tal-Wellbee’s) inkluda l-kostruzzjoni ta’ Supermarket bid-daqs ta’ 1,520 metru kwadru, u maħżen ta’ 520 metru kwadru fuq barriera mhux użata u parkeġġ fuq il-bejt b’spazju għal 97 vettura.
Is-sit huwa żona ODZ biswit il-park tal-familja ta’ Marsaskala u 150m minn pompa tal-petrol li ġiet approvata fl-2018.
Filwaqt li afferma li s-sit inkwistjoni kienet barriera, is-Sovritendenza nnotat li l-barriera ilha żmien sew ma tintuża, u għalhekk is-sit ġie parzjalment meħud lura minn natura.
Huwa kompla jgħid kif l-iżvilupp residenzjali eżistenti (lejn in-naħa ta’ wara tas-sit) huwa ristrett għall-iżvillup u għalhekk ma jistax jintuża biex jiġġustifika l-intrużjoni tal-iżvilupp propost fuq iż-żona tal-barriera mhux żviluppata li tmiss “ma’ pajsaġġ predominantement rurali u kulturali, magħmul minn għelieqi, ħitan tas-sejjieħ u pasaġġi rurali”.
Sadanittant, l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) għadha ma ddikjaratx il-pożizzjoni tagħha rigward l-iżvilupp.
F'memo maħruġa l-ġimgħa li għaddiet l-awtorità qalet li għadha "tirrevedi din l-applikazzjoni" u "teħtieġ ħin addizzjonali biex twettaq valutazzjoni sħiħa".
Lura fl-2017, l-ERA kienet oġġezzjonat għal applikazzjoni li kienet tipprevedi ħwienet kummerċjali, takeaway drive-thru, restorant, u uffiċċji fuq is-sit tal-barriera.
Filwaqt li rrikonoxxiet li s-sit tal-barriera mhux qed jintuża u l-inħawi tagħha ma jidhrux li huma ambjentalment sensittivi, l-ERA insistiet fuq iż-żamma taż-żona bħala spazju miftuħ u l-possibiltà ta’ restawr għal użu agrikolu b’mod li jista’ “jtejjeb l-ambjent ġenerali u l-kwalità ta’ din iż-żona rurali”.