Jirritorna Natalis Notabilis fir-Rabat
Din l-attività se ssir sa nhar l-Erbgħa 13 ta’ Diċembru
More in Socjali
Din l-attività se ssir sa nhar l-Erbgħa 13 ta’ Diċembru
It-toroq ewlenin tar-Rabat se jinbidlu f’Villaġġ tal-Milied sa nhar l-Erbgħa 13 ta’ Diċembru, bħala parti mill-attività Natalis Notabilis.
Din l-attività qed tiġi organizzata mill-Organizazzjoni mhux Governattiva Natalis Notabilis. Din hija l-ħames darba li qed issir.
Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm il-Ministru responsabbli mill-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli, flimkien mas-Sindku tar-Rabat Sandro Craus u Charlo Vassallo f’isem l-għaqda.
Il-Minsitru Farrugia Portelli spjegat li l-għan wara din l-attività huwa li jinġabru flus għall-karità, kif ukoll biex ikun konservat il-wirt kulturali tal-festi tal-Milied f’pajjiżna. Il-Ministru kompliet tgħid kif f’dawn l-aħħar 15-il sena, il-Gvern investa madwar €14-il miljun f’dan is-settur, fondi li wasslu għal proġetti fl-ibliet u l-irħula biex jitgawdew mill-komunitajiet.
Minn naħa tiegħu, is-Sindku Rabti qal li huwa sodisfatt li qed terġa tittella din l-attività u saħaq li din tagħti dehra festiva. Huwa esprima sodisfazzjon li kien hemm numru rekord ta’ applikazzjonijiet biex jieħdu sehem f’dan il-Villaġġ tal-Milied.
In-numru ta’ parteċipanti għal din l-edizzjoni kien jammonta għal 80, numru rekord hekk kif 11 minnhom huma organizzazzjonijiet volontarji.