Minbarra l-ispiża ambjentali tal-muniti mitlufa, il-Kummissjoni Ewropea kkonkludiet ukoll li “l-ispejjeż tal-akkwist waħedhom diġà jaqbżu l-valur nominali tal-munita. Mil-lat baġitarju, il-ħruġ ta' din id-denominazzjoni hija attività li tagħmel telf għall-istati membri.
Il-maġġoranza tal-Maltin jixtiequ li jitneħħew il-muniti 1c u 2c, hekk kif huma favur arrotondament ta’ 0 jew 5 ċenteżmi, skont stħarriġ tal-Eurostat.
L-istħarriġ żvela kif 62% tal-Maltin jixtiequ li l-prezzijiet jiġu arrotondati 'il fuq jew 'l isfel skond liema somma tkun l-eqreb.
L-appoġġ għat-tneħħija taż-żewġ muniti f’Malta huwa erba’ punti inqas minn dak fiż-Żona Ewro kollha. L-appoġġ għat-tneħħija ta’ dawn iż-żewġ muniti huwa l-ogħla fis-Slovakkja (86%) u l-Italja (80%) u l-inqas fi Spanja (55%) u l-Greċja (57%).
Fiż-Żona tal-Euro, il-proporzjon ta’ dawk li wieġbu favur l-abolizzjoni tal-muniti 1c u 2c żdied gradwalment minn 60% fl-2011 għal 66% fl-2023.
F'Settembru tal-2020 il-Kummissjoni Ewropea nediet konsultazzjoni pubblika dwar l-użu tal-muniti 1c u 2c.
Iċ-ċittadini Ewropej ġew mistiedna jesprimu l-fehmiet tagħhom għal erba' ġimgħat dwar jekk għandhomx ineħħu dawn il-muniti permezz ta' konsultazzjoni miftuħa fuq websajt.
Id-deċiżjoni kellah tittieħed fl-aħħar tal-2021, proposta leġiżlattiva għal regoli ta' arrotondament uniformi għall-ħlasijiet fi flus kontanti u possibbilment l-abbandun tal-muniti 1c u 2c. Iżda s’issa ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni.
Rapport ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea fl-2018 żvela li kważi nofs il-muniti kollha tal-euro maħruġa huma muniti ta’ ċenteżmu u tnejn. Ir-rata ta’ ritorn ta’ muniti ta’ ċenteżmu u żewġ ċenteżmi lill-banek ċentrali nazzjonali kienet l-aktar baxxa għad-denominazzjonijiet kollha.
Minbarra l-ispiża ambjentali tal-muniti mitlufa, il-Kummissjoni Ewropea kkonkludiet ukoll li “l-ispejjeż tal-akkwist waħedhom diġà jaqbżu l-valur nominali tal-munita. Mil-lat baġitarju, il-ħruġ ta' din id-denominazzjoni hija attività li tagħmel telf għall-istati membri.
Il-Belġju, il-Finlandja, l-Irlanda, l-Italja, l-Olanda u s-Slovakkja diġà qed jqarrbu l-prezzijiet għall-eqreb ħames ċenteżmi, filwaqt li jipproduċu biss ftit minn dawk il-muniti għall-kolletturi, aktar milli ċirkolazzjoni ġenerali.
Barraminhekk l-isħarriġ wera li l-ammont ta’ persuni li (meta jixtru) jeqilbu l-prezz għall-munita nazzjonali qed jonqos.
3 % biss jagħmlu dan għax-xiri ta’ kuljum, filwaqt li 11% għadhom jagħmlu dan għal skopijiet eċċezzjonali bħal xiri ta’ karozza jew dar,
Barra minn hekk, 9% wieġbu li lanqas jiftakru l-valur tal-lira.