Jinstab it-tieni kelb imdemmi b’ċomb ġo fih

Snoops instab imweġġa u bid-demm; il-ġimgħa l-oħra l-kelb Bobby ukoll instab b’ġrieħi ta’ sparatura

(Ritratt: Assoċjazzjoni għall-annimali abbandunati)
(Ritratt: Assoċjazzjoni għall-annimali abbandunati)

L-Assoċjazzjoni għall-annimali abbandunati għal darb’oħra rrapurtat każ ta’ kelb ieħor li safa vittma ta’ sparatura .

L-inċident isegwi ieħor li seħħ il-ġimgħa l-oħra wara li nstab kelb, bl-isem ta' Bobby ferut il-ġimgħa l-oħra. Fil-bidu ħasbu li Bobby itajjar, iżda wara li ħadulu X-ray instab li l-kelb kellu diversi ċomb żagħar.

Iċ-ċentru ta’ salvataġġ tal-annimali bħalissa qed jieħu ħsieb il-kelb li għadu kif weġġa’, li jismu Snoops. X-rays sussegwenti wrew numru ta’ ċomb mifruxa mal-ġisem żgħir tal-kelb. Madankollu, l-aġġornament huwa pożittiv, b'rapporti jindikaw li s-saħħa ta’ Snoops qed tmur għal aħjar u jinsab fil-proċess li jirkupra fis-santwarju tal-AAA.

F’post fuq Facebook, l-Assoċjazzjoni qasmet filmat ta’ Snoops mimdud fuq saqqu, viżibilment mħawwad f’agunija. Huma enfasizzaw l-impatt qawwi ta’ dan l-inċident.

 

More in Socjali