L-organizzazzjoni tad-drittijiet tal-annimali, Animal Liberation Malta (ALM) indirizzat l-użu tal-laħam fuq il-programm Masterchef Malta, hekk kif fl-episodju tal-Ħadd fuq TVM tratta tipi differenti ta’ laħmijiet.
ALM qalet li kienet imbellha bl-użu tat-12-il fenek – platt tradizzjonali fil-kċina Maltija – fi sfida fejn il-kontestanti baqgħu ‘xxokjati’ meta raw l-laħam quddiemhom.
Fuq Facebook l-organizzazzjoni kitbet “Għaliex kienu xxukjati daqshekk?
“Għaliex kienu xxukkjati daqshekk? Kuljum in-nies jiddissoċjaw il-laħam mill-annimal innifsu. Meta wieħed ma jħarisx f’għajnejn l-annimal, huwa faċli li tittrattah bħala ‘biċċa laħam’ bħala oġġett, imma meta tħares direttament f’għajnejh, jinħoloq sens ta’ moralità f’moħħ il-bniedem. Huwa ġust li biss għal ‘sfida’ 12-il ħajja kellhom jgħaddu minn uġigħ u biża’ tant orribbli?”
“X’jiġri kieku l-kontestanti jiġu ppreżentati b’annimal ieħor mingħajr ġilda, bħal kelb, kif jirreaġixxu għalih? Kienu jaċċettaw li jsajruh?” kitbet l-organizzazzjoni fuq Facebook.
ALM qalet li huwa “assurd” li tieħu ħsieb l-annimali domestiċi waqt li tuża laħam tal-annimali għall-ikel.
“Wieħed jista’ jkun chef kbir anke b’ingredjenti bbażati fuq il-pjanti. Diġà hemm ristoranti Michelin u ristoranti oħra magħrufa bbażati fuq il-pjanti, li kull wieħed minnhom... isajru b’ingredjenti li huma ikel – pjanti – mhux ħajja ta’ annimali.”