Il-BCRS ħabbret li ġabret total ta’ 214 miljun kontenitur tax-xorb fl-ewwel sena minn mindu bdew joperaw il-magni fl-2023.
L-ammont totali jirrappreżenta 80% tal-plastik li jinġabar mis-suq, bottijiet u ħġieġ li jistgħu jinġabru.
Il-BCRS qalet li ċ-ċifri tal-ġbir kienu jfissru li qabżu ir-rata ta’ ġbir obbligatorja ta’ 70% kif stabbilit mil-liġi.
Qalet li ġabret 81% tal-kontenituri kollha tal-fliexken tal-PET mis-suq, 80% bottijiet, u 74% fliexken tal-ħġieġ.
Sa tmiem l-2023, kienet irnexxielha tesporta total ta’ 9,250 tunnellata ta’ materjal għar-riċiklaġġ.
“Grazzi kbira tmur lil kull min qed jipparteċipa f’din l-iskema... Aħna ferħanin li naraw aktar pajjiżi madwar l-Ewropa jingħaqdu ma’ Malta biex iħaddnu prattiki sostenibbli u jieħdu azzjoni biex jitnaqqas l-iskart. Flimkien, qed nagħmlu impatt sinifikanti.”
Sa Ġunju 2023, il-konsumaturi kienu ddepożitaw b'suċċess 100 miljun kontenitur tax-xorb li imbagħad żdiedu fix-xhur ta' wara. Ġunju kien ukoll ix-xahar li fih inġabru l-akbar numru ta’ flixken u bottijiet f’ġurnata waħda, b’768,000 flixkun fl-24 ta’ Ġunju.