Robert Aquilina jgħid li l-irwol tiegħu wasal fi tmiemu

Robert Aquilina, il-president tal-Għaqda Reppubblika qal li xorta se jibqa' attiv biex flimkien jilħqu l-għanjiet kollha tagħhom

Il-president tal-Għaqda Repubblika, Robert Aquilina ħabbar li l-irwol tiegħu wasal fi tmiemu wara tliet snin fil-kariga. Dan ħabbru l-Ġimgħa filgħodu, u sostna li l-Ġimgħa filgħaxija se jkun qed jindirizza l-aħħar laqgħa ġenerali annwali fl-irwol. 

Minkejja li l-irwol wasal fi tmiemu, Aquilina se jkompli jagħti l-kontribut tiegħu.

Vick Ann Cremona  se tkun nominata għall-irwol mill-Kumitat Eżekuttiv, sadanittant se tkun qed isservi bħala Aġent President. 

Aquilina kiteb fuq Facebook “se nibqa’ mmexxi u nirrappreżenta lil Repubblika fil-kawżi li għandna fil-Qorti kontra l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali dwar il-kriminali tal-bank Pilatus u f’dak kollu li għandu x’jaqsam mal-inkjesta kriminali li rnexxielna niksbu dwar il-bejgħ frawdolenti ta' tliet sptarijiet Maltin minn Joseph Muscat u l-kompliċi tiegħu.”

Huwa kompla jgħid li “Fuq kollox, se nibqa' nirreżisti bil-qawwa kollha t-tentattivi ddisprati ta’ Joseph Muscat biex iwaqqaf il-ġustizzja milli tieħu l-kors li għandha tieħu.”

Il-gazzetta oħt -MaltaToday – tinsab infurmata li Aquilina se jingħata kariga ta’ koordinatur fi ħdan Fondazione Falcone f’Malta.

More in Socjali