Jingħataw il-warrant 14-il avukat u żewġ prokuraturi

il-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard awgura lill-avukati l-ġodda u saħaq li huwa d-dmir tagħhom li jiggarantixxu aċċess għall-ġustizzja u rappreżentanza legali tajba lil kull ċittadin

14-il avukat u 2 prokuraturi ingħataw il-warrant (Ritratt: MJR)
14-il avukat u 2 prokuraturi ingħataw il-warrant (Ritratt: MJR)

14-il avukat u żewġ prokuraturi legali ingħataw il-warrant wara li wrew il-kompetenza tagħhom li jeżerċitaw il-professjoni legali.

Il-Ministru Jonthan Attard (Ritratt: MJR)
Il-Ministru Jonthan Attard (Ritratt: MJR)

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard ippreżenta l-warrants waqt ċerimonja ġewwa l-Ispazju Kreattiv, il-Ministru awgura lill-avukati l-ġodda filwaqt li sostna l-importanza li jiftakru d-dmir tagħhom; li jiggarantixxu aċċess għall-ġustizzja u rappreżentanza legali tajba lil kull ċittadin. Fakkar ukoll li  għandhom iwettqu dmirhom b’serjetà u rispett lejn il-kostituzzjoni, il-liġijiet u r-regolamenti kollha tal-pajjiż.

“Pajjiżna għaddej minn numru sostanzjali ta’ riformi fis-settur tal-ġustizzja li jindirizzaw varji setturi inkluż il-proċedura fil-kamp kriminali b’mod partikolari il-kumpilazzjonijiet, l-inkjesti maġisterjali u l-Qorti tad-Droga, ser tkun qed tiddaħħal aktar speċjalizzazjoni bil-ħolqien ta’ Qorti Kummerċjali u fil-ġimgħat li ġejjien ser tkun imnedija għall-konsultazzjoni pubblika riforma fis-settur tal-Qorti tal-Familja”.

Huwa rringrazzja wkoll lil dawk kollha nvoluti mhux lanqas il-Ġudikatura u l-Kumitat tal-Avukati u Prokuraturi Legali.

Għal din iċ-ċerimonja kien hemm preżenti wkoll l-Avukat Ġenerali Dr Victoria Buttiġieġ u s-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Johan Gale

More in Socjali